Meriem Rehaily, Marokkina ta' 21 sena minn Azergrande, provinċja ta' Padova, ħarbet mid-dar f'Lulju tas-sena l-oħra biex tmur tiġġieled fis-Sirja. Il-pulizija Taljana ħarġet mandat intrenazzjonali fuq din it-tfajla biex tiġi arrestat. Skont is-sit tal-aħbarijiet Il Corriere.it din it-tfajla spiċċat f'kamp tat-taħriġ tad-Daesh (ISIS) f'Raqqa u ftit qabel telqet mid-dar ikkumentat fuq ritratt ta' qtugfħ ir-ras mill-ISIS. Hi kitbet hekk lil ħabiba tagħha, "Għadek qas timmaġina kemm ħadt gost il-bieraħ nara lil dan il-priġunier tinqatagħlu rasu, nistenna dik il-ġurnata li jagħtuni wieħed biex naqtgħalu rasu." Meriem fl-ewwel ġurnata li sparixxiet mid-dar kitbet fuq twitter: "Alla tiegħi, wegħdtek il-fidi tiegħi u nerġa nġeddidha mal-prinċipju tal-fidili tiegħek, taħt il-kmand ta' Cheick Abu al-Baghdadi". L-investiagturi sabu fil-Kompjuter tagħha messaġġi li jħeġġu għal Jihad fejn kitbet, "sa ma nakkwistaw Ruma".