Il-Pulizija sabu katavru mejjet f’bagalja fil-baħar ftit metri 'l bogħod mix-xatt f'Tas-Sliema. Skont il-Pulizija, fl-1:30pm kienu infurmati dwar bagalja suspettuża li kienet qed timxifil-mewġ fil-baħar.
Kemm il-bagalja u anke l-katavru ttieħdu mill-Unit tal-Forensika fi ħdan il-Korp tal-Pulizija għal aktar eżamijiet. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, u l-identità tal-vittma għadha ma ġietx stabbilita, flimkien mal-kawża tal-mewt.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ġie infurmat tal-każ u fetaħ inkjesta. Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.