Ħabta f'tas-Sliema bejn Maltija u Taljan

Is-Slimiża sofriet ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt

ritratt meħud minn TVM.com.mt
ritratt meħud minn TVM.com.mt

Wara nofsinhar il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Depiro, Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn żewġ vetturi, waħda tal-għamla Peugeot, misjuqa minn mara li għandha 49 sena u residenti tas-Sliema u vettura oħra tal-għamla Nissan, misjuqa minn raġel Taljan ta’ 37 sena, residenti tas-Sliema ukoll. Passiġġiera fil-vettura Nissan kien hemm ukoll tfajla Franċiża ta’ 22 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard il-Maltija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt, ir-raġel Taljan sofra ġrieħi ħfief, filwaqt li t-tfajla Franċiża ma sofrietx ġrieħi. 

More in Kronaka