Maħmuġin! L-Iskola ta' Birkirkara bdiltuha f'miżbla!

L-ISKOLA M'GĦANDHIEX TKUN MINTNA, iżda hi l-BENNIENA TAĊ-ĊIVILTÀ!

Hekk kiteb Karkariż, Chjarlie Spiteri fuq il-facebook page tiegu meta dan dar dawra mal-Iskola ta' B'Kara u sab din il-mintna li aktar tixraq xi post fejn jintradam iż-żible milli fejn imorru uliedna. Każ fejn hu sejjaħ Karkariżi Maħmuġin. Għalkemm wieħed irid jkun aktar ġust li jgħid 'Dawn li ħammġu huma Karkariżi MAĦMUĠIN'
Charlie Spiteri li hu ġurnalist veteran u bla kantunieri kiteb li Trid tkun maledukat mill-għeruq biex int u tieħu lit-tfal żgħar fl-iskola primarja tal-lokal issib dawn ix-xeni kollha fuq il-bankina li ddawwar l-iskola.
"Kif jista' jkun li ngħallmu għall-indafa meta l-ġenituri qed jikkawżaw din l-istraġi kollha mad-dawra tal-iskola? Kif irridu nnaqqsu l-bullying fl-iskola, jekk xi ħadd -- tort ta' dawn in-nies bla etika-- jirfes xi ħaġa u jibdew jgħajruh?
Il-Kunsill Lokali ilu jagħmel l-almu tiegħu. Minn kif jidher f'xi ritratt, xa waħħal cameras apposta biex jaqbad lill-ħatjin, iżda r-riżultat jidher li għadu mhux magħruf. U mhux riżultat wieħed jinħtieġ. Għaliex?
Fl-ewwel żewġ ritratti jidhru żewġ boroż tal-iskart kull naħa tal-bieb prinċipali mnejn joħroġu l-istudenti.
It-tielet ritratt jidhru sensiela ta' boroż suwed li ovvjament joħorġu minn residenti, għax f'din in-naħa tal-iskola ma hemm ebda djar u mhumiex wara l-bibien tan-nies.
Ir-raba' u l-ħames ritratt tant jidher skart, li l-ġenituri u uliedhom ma jistgħux jgħaddu minn fuq il-bankina f'kantuniera. Jidhru kaxxi ta' frott u xi radam ta' xi bini.
Is-sitt ritratt juri bank vojt (bla nies fuqu) minħabba li xi 'SINJUR' jew 'SINJURA' ippermettiet lill-kelb tagħha jħammeġ... bla ma ġabruh, qrib il-bieb prinċipali mnejn jidħlu l-istudenti u fejn soltu jkun hemm massa sħiħa ta' tfal, mill-Kinder sa Year VI. Il-ħmieġ ġa rifsu xi ħadd!
Is-seba' ritratt juri waħda mill-kameras li twaħħlu mad-dawra tal-iskola u ħmieġ nieżel minn fuq iċ-ċinta tal-iskola għall-art.
U t-tmien ritratt juri l-fdal ta' xi maħmuġ, li kiel sa xeba' u rrimetta f'kantuniera mnejn jgħaddu ż-żgħar tagħna.
M'iniex se ngħid li l-iskola għandu jkollha lil xi ħadd għassa, jew lil xi ħadd li jixħet xi ilma biex ineħħi xi ostakli, bħall-irrimettar jew il-ħmieġ tal-klieb, (għax hawn min isostni li dawk mhumiex fl-iskola). Iżda għandu jkun hemm xi ħadd imqabbad għal dan ix-xogħol sakemm jinqabdu l-ħatja u jiġġiegħlu jħallsu ta' għemilhom, għax inkella, kull min jirfes u jdaħħal il-ħmieġ fl-iskola, xi ħaddieħor ikollu jnaddaf!
Inkella jista' jiġri li fl-iskola tinżamm kaxxa bir-ramel tal-bini (bħalma tinżamm il-kaxxa tat-tappijiet tal-luminata) u jaf ikun hemm xi ġenitur li jixħet ftit ramel fuq il-ħmieġ. Xejn xejn id-dannu jkun ferm inqas.
Li l-Kunsill Lokali qed jagħmel l-almu tiegħu biex iżomm il-lokal nadif, jafu kulħadd, iżda jidher li għad hawn bosta li ma jridux jagħtu sehimhom. Mela ejjew naħdmu ħalli l-ħatjin iħallsu ta' għemilhom. Il-multi mhumiex żgħar u żgur inaqqsu dan l-abbuż kwotidjan... għall-ġid ta' kulħadd."
 

1
1
2
2
3
3
4
4
5
5
6
6
7
7

More in Kronaka