It-torti rranġawh għall-frisk

Ivan Radovanovic, Serb ta' 38 sena li qala' l-inkwiet fl-istadium Nazzjonali Malti, ilu mfittex mill-pulizija Maltija erba' snin

ritratt minn TVM.com.mt
ritratt minn TVM.com.mt

Ivan Radovanovic ilu mfittex mill-Pulizija għal dawn l-aħħar erba' snin b'rabta mal-ġlied li kien hemm fil-partita taċ-Champions League bejn Valletta u Partizan Belgrade fl-2012 fejn kien irreżista l-arrest.

Minkejja dan, it-torti li beda jbiegħ poġġewh għall-frisk. Is-Serb ta' 38 sena ġie identifikat mill-Pulizija wara li riċentament għamel intervista ma' gazzetta Serba dwar negozju li beda f'Malta. Negozju li jagħmel it-torti u jbigħhom mid-dar tiegħu f'Buġibba u investigazzjonijiet mill-Pulizija sabu li dan kien qed jgħix Malta illegalment għal dawn l-aħħar sentejn u kien qed juża ID card falza. Barra minn hekk, instab li n-negozju tiegħu lanqas biss ġie reġistrat. Hu ammetta l-akkużi kollha u qal li kien qed jagħmel dan biex ikollu flus biżżejjed biex imantni lill-bintu li tgħix is-Serbja. Hu ġie mibgħut sitt xhur ħabs mill-Maġistrat Monika Vella.

More in Kronaka