Ftit jiem biss wara li daħal f'għaqda ta' żwieġ raġel ittella' l-Qorti akkużat illi abbuża sesswalment minn tifla ta' 14-il sena jiem biss wara li żżewweġ. It-tifla kienet qariba tal-istess mara li hu żżewweġ.
Ir-raġel, li ismu mhux qed jidher b'ordni tal-Qorti kellu l-bail tiegħu rrifjutat. Kienet martu stess li rrapurtat lil żewġha lill-pulizija, bit-tifla tkun interrogata wara l-allegazzjonijiet.
Il-Qorti aċċettat li l-isem tal-akkużat ma jkunx ippubblikat hekk kif, minħabba li huwa magħruf fil-lokalità tiegħu jekk jinkixef ismu tkun qed tinkixef l-identità tat-tifla wkoll.
Għall-akkużat dehret l-Avukat Kathleen Grima filwaqt li l-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-IspetturJohn Spiteri.
L-akkużat, raġel ta' 29 sena minn Ħaż-Żebbuġ, stqarr li mhux ħati li offenda l-pudur ta' minuri u pparteċipa f'attivtajiet sesswali ma' tifla taħt l-età.