Serqa minn banka tal-lottu f'San Ġwann

Illum, ftit wara s-2.30pm, il-Pulizija ġew infurmati li kienet għadha kemm seħħet serqa minn banka tal-lottu fi Triq l-24 ta’ Ġunju, San Ġwann.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel daħal fil-banka tal-lottu u talab lill-propjetarja – mara ta’ 56 sena, sabiex ittih il-flus.  Jidher li r-raġel ma kienx mgħammad iżda kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’xi flus kontanti flimkien ma’ persuna oħra li kienet qiegħda tistennih barra.

 

More in Kronaka