Hekk kien wieħed mill-kummenti li bdew deħlin fuq il-paġna ta' Facebook ta' Reuben Azzopardi, kickboxer internazzjonali Malti, li tilef ħajtu f'aċċident iktar kmieni llum bil-quadbike. Azzopardi, missier u li jaħdem il-Lussemburgu, waqa' minn fuq il-quadbike għal fuq l-irdum fl-inħawi tax-Xgħajra u miet ftit mumenti wara.
Ftit tal-mumenti ilu bdew jitħallew diversi messaġġi ta' sogħba għal dan il-Kickboxer li kien ilu fix-xena 15-il sena sħaħ. Fost l-aktar messaġġ kommoventi kien hemm dak ta' Noel Mercieca, ħabib u anke għalliem ta' Noel fil-qasam tal-kickboxing ukoll. Fil-messaġġ tiegħu, Mercieca jgħid li lanqas jiflaħ jikteb il-messaġġ li bih kien qed isellem lil sieħbu għall-aħħar darba. "Brother, ħabib u student mill-aqwa għal ħafna snin. Anqas niflaħ nikteb biex insellimlek u ngħidlek li se tibqa' f'qalbi u f'ħajti kollha. Wieħed mill-aqwa fighters li kellna f'pajjiżna u ppreżenta lil Malta u l-club għal diversi snin."
Mercieca kompla jiftakar fiċ-ċajt u ż-żmien sabiħ li kellhom f'diversi pajjiżi fejn kienu jagħmlu il-kickboxing. Inħobbok Ruben kif dejjem ħabbejtek. Kont raġel eżemplari u tal-familja. Insellimlek ħabib R.I.P"