Kameras CCTV mistennija jibdew jitwaħħlu madwar it-toroq tas-Swieqi

...fost miżuri oħrajn immirati li jnaqqsu l-inċidenti ta' vandaliżu, sokor u aggressjoni li s-Swieqi/Ibraġġ ilhom jesperjenzaw is-snin

It-toroq tas-Swieqi ilhom snin jiffaċċjaw problema ta sroebju u vandaliżmu
It-toroq tas-Swieqi ilhom snin jiffaċċjaw problema ta sroebju u vandaliżmu

Kameras CCTV mistennija li jibdew jitwaħħlu f'diversi partijiet tas-Swieqi, lokalità li għal snin twal rat problemi ta' vandaliżmu, serq u sokor fit-toroq tagħha minħabba li tinsab viċin Paceville, fost raġunijiet oħrajn. Inċident izda li seħħ il-ġimgħa l-oħra u li kien irrapurtat minn dan is-sit qajjem ħafna interess u anke għadab minn residenti taż-żona Swieqi/Ibraġġ, uħud minnhom jagħmlu kuntatt mal-illum.com.mt u jirrakontaw il-problemiu l-ħsarat  li qed jiffaċċajw kważi kull ġimgħa fuq il-proprjetà mobbli u immobbli tagħhom.

F'kuntatt li dan is-sit għamel mal-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, Kandidat Laburista fuq id-Disà Distrett, li jinkludi din il-lokalità, huwa assigura lir-residenti li l-proġett tat-twaħħil ta' kameras CCTV se jkun qed jibda u se jinfirex madwar diversi toroq u lokazzjonijiet partikolari fis-Swieqi. Ma' dan is-sit Zammit Lewis saħaq illi, apparti dan se jitwaħħlu wkoll tabelli madwar il-lokalità bil-għan li jipprevjenu milli jseħħu atti simili. It-tabelli madwar il-lokalità mistennijin li juru illi l-post jew iż-żona hija taħt sorveljanza kontra kull tip ta' att kriminali. 

Ma' dan il-proġett taqbel ferm id-Deputata tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono li fakkret kif fl-ewwel Mistoqsijiet Parlamentari tagħha hi kienet staqsiet dwar twaħħol ta' CCTV. 'Jekk jitpoġġew fil-postijiet propizji, mela iva dawn il-kameras għanfhom jgħinu ferm biex tkun miġġielda l-problema ta' nuqqas ta' sigurtà fil-lokalità,' sostniet Debono ma' dan is-sit. 

Intant Zammit Lewis fakkar kif kien sentejn ilu illi nfetħet għal-ewwel darba għassa tal-Pulizija fis-Swieqi, b'Debono iżda tfakkar illi r-riżorsi għal til ta' żmirn kienu skarsi, bl-għassa mhux miftuħa 24 siegħa kuljum u b'karozza tal-Pulizija waħda li kienet tintuża mill-għassa ta' San Ġiljan ukoll. 

(Iktar dwar din il-kwistjoni fil-ġranet li ġejjin fuq l-illum.com.mt) 

More in Kronaka