Illum għall-ħabta tat-3:30 p.m. il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Wied, Birkirkara. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru fuq il-post, irriżulta li tifel ta’ tliet snin safa` milqut minn vettura tat-tip Mercedes Benz li dak il-ħin kienet qegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti Ta’ Xbiex.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Birkirkara għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.