Raġel Niġerjan li kien ingħata piena ta' 20 sena ħabs u mmultat €70,000 fl-2010 talli importa tliet kilogrammi kokaina, me kellu xejn mis-sentenza tiegħu mnaqqsa minkejja illi nstab illi d-dritt li jkollu avukat waqt l-interrogazzjoni kien miksur. Minkejja li l-Qorti tatu raġun iddeċidiet ukoll li ma batiex konsegwenzi konsiderevoli minħabba li ma kellux avukat waqt l-interrogazzjoni.
In-Niġerjan, John Udagha Omeh, ta' 42 sena kien arrestat fl-ajruport Malti wara li nstab illi kien fil-pussess ta' 3Kg kokaina, li kienet 60% pura.
Minkejja li fl-2010 ġuri sabet lil Omeh ħati, huwa fetaħ proċeduri u allega illi kien sar ksur tad-drittijiet tiegħu meta ma kellux avukat jassistieh. Din il-Qorti ippreseduta mill-Imħallef Anna Felice, qalet illi Omeh kellu raġun, fi-sens illi l-liġi ma provdietlux għajnuna legali qabel l-investigazzjonijiet li seħħew qabel il-ġuri.
Minkejja dan il-Maġistrat Felice fakkret illi, 'fil-każ li għandna quddiemna illum il-Qorti l-applikant inqabad fil-fatt b'aktar minn tliet kilogrammi kokaina, b'purità ta' 61.2% u b'valur ta' €299,644. Filwaqt li hija vera illi l-applikant skopra li se jkun qed jidher quddiem il-Qorti Kriminali meta kien akkużat b'mod formali, s-serjetà tal-każ ma jistax ikun li ħarbitlu. Bl-ebda immaġinazzjoni ma seta' immaġina li kien se jidher quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Żgur illi seta' immaġina li fil-fatt kien se jkun qed jidher quddiem il-Qorti Kriminali.'