Van jitlef il-kontroll u jinħoloq rebus sħiħ ħdejn l-Addolorata

...il-ħabta nvolviet seba' karozzi. Raġel minn Marsaskala l-isptar

Raġel ta 41 sena minn Marsaskala spiċċa l-isptar wara aċċident li kien jinvolvi xejn inqas minn seba karrozzi ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata. L-aċċident seħħ iktar kmieni dalgħodu.

Jidher illi xufier ta' vann tat-tip Toyota Hilux tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat ma Chevrolet Aveo li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 45 sena minn Ħal Għaxaq. Il-van inqaleb u ħabat f'żewġ karrozzi oħrajn, waħda li kienet qed tinstaq mir-raġel minn Marsaskala u Toyota Vitz minn reġel minn Ħaż Żebbuġ

Tliet karozzi oġra li kienu fl-istess triq ħabtu wkoll u kienu tliet irġiel, wieħed ta' 36 minn Raħal Ġdid, ieħor ta' 53 sena minn Birżebbuġa u ieħor ta' 48 sena.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post biex jgħini lir-raġel minn Marsaskala jorħroġ mill-karozza. OIt-triq ingħalqet għal ċerti ħun. 

 

More in Kronaka