Raġel tilef ħajtu wara ġlieda fil-Ħamrun. Mill-ewwel informazzjoni jidher illi fil-ġlieda kien hemm involuti skieken u ġebel bl-agressur jidher li ħarab minn fuq il-post. Il-ġlieda seħħet fi Triq Giovanni Barbara fl-istess lokalità.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 21 sena tilef ħajtu wara li kien involut f’argument u safa` milqut minn arma li taqta’ u bil-ponta. Il-ġuvni ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin