Immultat €4,000 talli attakka pulizija waqt li kien fis-sakra

... l-avukat tal-għajnuna legali jgħid li l-istudent Tork kien wisq xurban biex jiftakar x'ġara

Student li qiegħed Malta jistudja l-Ingliż ingħata multa ta' €4,000 u sentenza sospiża ta' ħabs wara li attakka pulizija f'San Ġiljan kmieni dalgħodu. 

L-Ispettur tal-Pulizija Nikolai Sant qal lill-Maġistrat Doreen Clarke kif Kemul Burak Ozveci ta' 22 sena mit-Turkija kien arrestat fis-siegħa ta' filgħodu, fi Triq San Ġorġ Paceville talli rreżista lill-pulizija li kienu nnutawh iżomm u jikkonsma l-alkoħol fejn mhux permess li tixrob fil-pubbliku. Din hija żona li fiha huwa projbit li jsir xorb tal-alkoħol wara l-introduzzjoni ta' bye-laws mill-Kunsill Lokali. 

L-Avukat tal-Għajnuna Legali Joe Ellis ma kkontestax il-validità tal-arrest, b'Ozevci jammetti l-ħtija tal-akkużi miġjubin kontrieh. Ellis iżda osserva kif iż-żgħażugħ kellu mezzi finanzjarji limitati ħafna u li l-akkużat kien apoloġizza għal dak li kien ġara, anke jekk ftit li xejn jiftakar minħabba li meta ġara l-inċident kien fis-sakra," sostna l-avukat Ellis. 

 

 

 

More in Kronaka