L-inċident seħħ fi blokka ta' appartamenti fil-Gżira
Anzjan ta’ 67 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ t-taraġ fi blokka ta’ appartamenti fil-Gżira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart fi Triq Belvedere.
Malli waslu fuq il-post, il-Pulizija sabu lill-anzjan, resident is-Siġġiewi, mixħut mal-art.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Meter Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.