Dalgħodu ġew arrestati erba' persuni b'rabta mal-każ ta' bomba li kienet tpoġġiet taħt karozza fil-Fgura fl-4 ta' Jannar li għadda.
Din il-bomba ma kinitx ħadet u kien induna s-sid stess qabel ma daħal fil-vettura.
L-erba’ persuni arrestati huma kollha rġiel, tlieta minnhom minn Birżebbuġa u wieħed mix-Xgħajra.
L-arresti seħħew wara investigazzjoni konġunta bejn il-Pulizija ta’ Malta, bl-għajnuna tas-Servizzi tas-Sigurtá u l-Forzi Armati ta’ Malta u li kienet ilha għaddejja għal diversi ġimgħat.
Il-Maġistrat tal-Inkjesta nżammet infurmata bl-iżviluppi kollha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.