Raġel iweġġa' wara ħabta bejn karozza u tal-linja

Ir-raġel kien passiġġier fil-vettura li ħabtet mal-karozza tal-linja

Raġel li kien passiġġier f’vettura li ħabtet ma’ karozza tal-linja qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Vjal it-Transfigurazzjoni, Ħal Lija.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li kien hemm ħabta bejn tal-linja li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena, residenti l-Ħamrun u karozza misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti Ħal Kirkop. Miegħu kien hemm ir-raġel ta’ 31 sena mis-Senegal u li joqgħod Ħal Kirkop.

Iż-żewġt irġiel fil-karozza ddaħħlu l-Isptar iżda aktar tard irriżulta li r-raġel ta’ 25 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka