Il-każ seħħ dalgħodu fil-Għargħur
Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dai wara li ntlaqat minn tiri ta’ arma tan-nar f'Ħal Għargħur.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma mal-illum.com.mt li r-raġel qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Ikkonfermat ukoll li l-isparatura seħħet waqt argument familjari, bl-iben jispara lill-missieru.
L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ f’razzett privat.
L-iben, li għandu 31 sena, qed jinżamm arrestat.