Żagħżugħ ta’ 18-il sena ta’ daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta lill-ommu u l-missieru.
Il-każ seħħ dan il-lejl li għadda għall-ħabta tas-siegħa, meta l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Vinċenz Saliba, Birkirkara.
Il-missier li għandu 49 sena qed isofri minn ġrieħi gravi kawża tad-daqqiet, filwaqt li l-omm, li gandha 43 sena, qed issofri minn ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-membri mir-Rapid Intervention Unit arrestaw liż-żagħżugħ.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.