L-NGO Dr Klown qed tisħaq li hi ma ddurx bieb biex tiġbor id-donazzjonijet u għalhekk ħadd ma għandu jagħti donazzjoni lil min iħabbatlu l-bieb u jitolbu l-flus f’isem l-NGO.
Fi stqarrija, Dr Klown qalet li mara qed iddur xi ħwienet f’Raħal Ġdid titlob id-donazzjonijiet u tagħtihom imnieħer aħmar, sinonimu ma’ Dr Klown.
Spjegat li l-organizzazzjoni tiġbor il-flus minn attivitajiet li torganizza u qatt ma daret bieb bieb.
Kull min jiltaqa’ ma’ każ simili għandu jċempel fuq 21374676 jew jibgħat imejl fuq [email protected], jew inkella jirrapporta fl-eqreb għassa tal-pulizija.