Ritratti | Sejba 'goffa u rari' fl-uffiċċju tal-posta f’Ħal Qormi

F'kaxxa, li kienet ġejja mir-Russja nstabu ġlud ta’ żewġ orsijiet 

Fil-jiem li għaddew, uffiċjali tad-Dwana fl-uffiċċju tal-posta f’Ħal Qormi, għamlu dik li sejħu bħala “sejba goffa u rari,” f’kaxxa indirizzata lil persuna barranija residenti f’Malta.

Fil-kaxxa, li kienet ġejja mir-Russja nstabu ġlud ta’ żewġ orsijiet (Bear skin u Lynx skin).

L-importazzjoni ta’ dawn il-ġlud hija projbita anke għax dawn l-ispeċi huma protetti mil-liġi tas-CITES, Konvenzjoni li l-għan tagħha huwa li tassigura li l-kummerċ internazzjonali ma jkunx ta’ theddida għal speċi ta’ pjanti u annimali selvaġġi.

Il-ġlud ġew ikkonfiskati filwaqt li ġew mgħarrfa b’din is-sejba uffiċjali tal-ERA.

Iktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Intant, fil-jiem u l-ġimgħat li għaddiet, uffiċjali tad-Dwana interċettaw diversi pakketti b’sustanza ta’ droga li ġew mgħoddija lill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.

F’xi każi diġa tressqu nies il-Qorti, anki wara li l-Pulizija sabet iktar droga fir-residenzi tagħhom.

More in Kronaka