Aġġornata | Il-pulizia li ttajjar minn żagħżugħ taħt l-età jinsab fl-ITU

Il-kuntistabbli qed isofri minn ġieħi serji u ż-żagħżugħ kien arrestat ftit tal-ħin wara

Żagħżugħ li għad għandu 17-il sena tajjar kuntistabbli tal-Pulizija li waqqfu u talbu jurih id-dokumentazzjoni, li ovvjament ma kellux.

Il-kuntistabbli qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin għoxrin fi Triq Ħal Qormi Ħal Luqa.

Skont stqarrija tal-Pulizija, iż-żagħżugħ, meta twaqqaf, “saq u kaxkar” lill-Pulizija u ħarab minn fuq il-post.

Iż-żagħżugħ kien arrestat ftit tal-ħin wara fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa.

It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.

More in Kronaka