Qorti | 'Kien hemm biċċiet minn ġisimha ma kullimkien...'

L-espert forensiku Mario Scerri jagħti rakkont xokkanti ta' dak li sab f'dik l-għalqa tal-Bidnija, sigħat wara li Daphne Caruana Galizia inqatlet...

Daphne Caruana Galizia
Daphne Caruana Galizia

L-espert forensiku Mario Scerri, li kien qed jixhed waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, qal illi hu kien involut fil-każ l-għada li nqatlet Caruana Galizia, jiġifieri nhar is-17 ta' Ottubru. Kien il-Maġistrat Tony Vella illi talbu biex ikun parti mill-investigazzjoni tal-każ. 

"Kien hemm biċċiet minn ġisimha mxerrdin mal-għalqa kollha, kien hemm idejn qrib il-karozza u sieq kienet ftit il-bogħod," qal Scerri. 

"Ippruvajna inneħħu l-ġisem kollu f'daqqa, sa fejn kien possibbli," xehed  Scerri. 

Il-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia, inqatlet f'bomba nhar is-16 ta' Ottubru, ftit wara li ħarġet mid-dar tagħha. Kien wara nofsinhar u kienet għadha kif lestiet l-aħħar blogg li kitbet. 

F'Diċembru, il-Pulizija arrestat 10 irġiel, iżda l-akkużi tressqu kontra tlieta; l-aħwa Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qed tippresiedi fuq il-kumpilazzjoni.

 

More in Kronaka