Qorti | Telefonata lill-eks mara tiegħu titfgħu f'ċella

Raġel jinstab ħati illi kiser il-kundizzjonijiet li kienet imponiet il-Qorti meta ċempel lill-eks mara tiegħu...

(Arkivji)
(Arkivji)

Raġel nżamm taħt arrest wara li kiser l-ordni ta' protezzjoni u ċempel lil martu biex jistaqsi dwar uliedu. Ir-raġel, skont l-ordni ta' protezzjoni ma seta' jagħmel ebda kuntatt mal-mara. Huwa kien akkużat li uża vjolenza psikoloġika u morali fuq l-eks mara tiegħu, u ġiegħla tgħix fil-biża' tal-vjolenza, filwaqt li heddidha u insultaha. 

Fil-Qorti l-avukat tar-reġel, Matthew Brincat, kien argumenta illi qatt ma' kien hemm agressjoni jew kuntatt fiżiku u li r-raġel kien sempliċiment qed jagħmel kuntatt biex jagħmel arranġamenti partikolari fir-rigward tat-tfal. 

Il-Qorti iżda, fid-dawl ta' dan il-ksur, irrifjutat li tagħti l-ħelsien mill-arrest lir-raġel u għalhekk dan inżamm arrestat. 

 

More in Kronaka