Tfajla li kienet passiġġiera fuq mutur issofri ġrieħi gravi

Dan wara inċident tard ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa

Tfajla li kienet passiġġiera fuq mutur qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.

Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Marfa.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li żagħżugħ ta’ 20 sena minn Tas-Sliema tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.

Miegħu, kien hemm it-tfajla ta’ 19-il sena minn Ta’ Xbiex.

Huma ttieħdu Mater Dei, fejn it-tfajla kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka