L-inċident seħħ fi Triq il-Madonna tal-Ġebla
Żagħżugħ ta' 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' ġo xaft f'sit ta' kostruzzjoni fil-Kappara.
Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li l-ħaddiem waqa' madwar ħames sulari.
Il-każ seħħ seħħ għall-ħabta tad-9:30am fi Triq il-Madonna tal-Ġebla.
Fuq il-post kellha tissejjaħ l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili biex iż-żagħżugħ Sirjan, seta' jittella' mix-xaft.
Ritratt: Paġna ta' Facebook Ġaħan Onlajn