Ir-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi
Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ tliet sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart fi Triq il-Ħaddiem.
Ir-raġel, li għandu 56 sena u residenti Birżebbuġa ttieħed immedjatament Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.