Il-każ seħħ ilbieraħ f’Misraħ iż-Żgħażagħ, Ħal luqa
Żagħżugħ ta’ 25 sena u tfajla ta’ 19-il sena ġew arrestati mill-Pulizija wara każ ta’ hit and run li ħalla żagħżugħ ta’ 27 sena bi ġrieħi gravi.
Il-każ seħħ ilbieraħ f’Misraħ iż-Żgħażagħ, Ħal luqa.
Il-vettura, li kienet misjuqa miż-żagħżugħ ta’ 25 sena, ntlemħet l-Imsida fejn twaqqfet mill-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.