Tinstab il-vettura li ntużat fil-qtil doppju ta' Tas-Sliema

Fil-vettura nstab ukoll materjal li jostakola l-frekwenzi tal-mobile u tar-radju

Il-vettura li ntużat fil-qtil doppju f’Tas-Sliema, il-ġimgħa li għaddiet, instabet mill-Pulizija f’parkeġġ viċin l-isptar San Luqa.

Jidher li din il-vettura kienet insterqet sentejn ilu mill-Gżira. 

TVM irrapporta kif fil-karozza nstab materjal li allegatament intuża mill-qattiela biex jostakolaw il-frekwenzi tal-mobile u tar-radju u anke biex ma jinqabdux minn fuq il-kameras tas-sigurtà.

L-istess sit qed jirrapporta li kollox qed jindika li d-delitt twettaq minn persuni professjonali, x’aktarx barranin u li dan kien każ ta’ vendetta marbut man-negozju.

Jidher li l-pjanċi tar-reġistrazzjoni li kien hemm fuq il-vettura nsterqu dakinhar stess tad-delitt minn Paceville.

More in Kronaka