In-numru ta' każi attivi ta' COVID-19 f'Malta kompla jonqos hekk kif għal darb'oħra, l-għadd ta' pazjenti mfejqa kien akbar minn dak ta' infezzjonijiet ġodda.
Fil-fatt, fl-aħħar 24 siegħa, fiequ 53 pazjent filwaqt li rriżultaw 26 każ ġdid.
Issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 444.
B'kollox, ilbieraħ saru 1,916-il test.
Mill-każi mħabbra ilbieraħ, erba' kienu qraba ta' pazjenti, każ wieħed kien ta' kollega ta' pazjent bil-COVID-19, żewġ każi minn ġemgħat filwaqt li 14-il każ kienu sporadiċi.