Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija tagħha għal raġel armat li daħal jisraq minn banka tal-lottu fi Triq San Edwardu, Ħal Qormi.
Is-serqa seħħet fis-2:30pm. Dak il-ħin, fil-banka kien hemm impjegata ta' 31 sena, residenti Ħal Kirkop.
Ir-raġel allegatament aggredixxa lill-mara b'sikkina u seraq ammont ta’ flus kontanti qabel ħarab minn fuq il-post.
Il-vittma fortunatament ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli LL.D, li ordnat li ssir inkjesta.