Żagħżugħ Libjan ta’ 28 sena residenti Żebbuġ, Għawdex, tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Nadur.
L-inċident seħħ ftit qabel is-1:00pm fi Triq ir-Rabat.
Iż-żagħżugħ ħabat ma' double decker misjuq minn raġel ta’ 61 sena residenti Santa Luċija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa.
Il-vittma tilef ħajtu ftit tal-ħin wara.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Għawdex.