Aġġornata | Imut it-tielet anzjan li kellu l-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa

Tliet anzjani jitilfu ħajjithom fl-aħħar 24 siegħa ... kienu pożittivi għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li tliet anzjani ta’ 72, 85 u 86 sena rispettivament  mietu waqt li kienu għadhom każijiet attivi bil-Covid-19.

L-ewwel każ huwa ta’ mara ta’ 72 sena, li ddaħħlet l-isptar Mater Dei fil-11 ta’ Awwissu u ttestjat pożittiva għall-Covid-19 fit-12 ta’ Awwissu. Hija ġiet trasferita fit-taqsima tal-Kura Intensiva fil-15 ta’ Awwissu, fejn kienet baqgħet rikoverata. L-anzjana mietet matul dan il-lejl.

Anzjana oħra ta’ 86 sena wkoll mietet dal-lejl fit-taqsima tal-Kura Intensiva f’Mater Dei. Fit-tieni każ, l-anzjana ittestjat pożittiva fit-8 ta’ Settembru u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fis-16 ta’ Settembru. 

L-aħħar każ huwa ta' anzjan li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-12 ta’ Settembru meta ddaħħal l-Isptar Mater Dei. Huwa miet fl-Infectious Diseases Unit, fl-Isptar Mater Dei, illum.

Huwa kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

More in Kronaka