Il-Pulizija arrestat raġel ta' 41 sena, li allegatament wettaq hold-up f’pastizzerija fi Triq Tumbarellu, Ħal Għaxaq.
Il-każ seħħ nhar it-Tnejn illi għadda, għall-ħabta tat-3:15pm, meta raġel armat b’mus, daħal fil-ħanut, li dak il-ħin kien hemm impjegata, tfajla ta’ 19- il sena u talabha l-flus.
Minn aktar stħarriġ, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegat ħalliel, fejn dan ġie arrestat ilbieraħ wara nofsinhar minn residenza f’Ħal Għaxaq.
Huwa qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali fejn mistenni jitressaq il-Qorti llum għal xi nofsinhar.