Omm Paulina Dembska tispjega kif saru jafu bil-qtil ta' binthom mill-midja

Il-Pulizija Pollaka marret għand il-familja aktar minn 24 siegħa wara li nstab il-ġisem bla ħajja ta' Paulina Dembska

Paulina Dembska
Paulina Dembska

Il-familja ta’ Paulina Dembska, it-tfajla li sfat stuprata u maqtula f’Tas-Sliema, fit-2 ta’ Jannar qalet li saru jafu bil-mewt tagħha minn fuq il-midja hekk kif l-awtoritajiet Pollakki għamlu kuntatt magħhom kważi 24 siegħa wara li nstab ġisimha bla ħajja.

Ma’ sit tal-aħbarijiet Pollakk, il-ġenituri tal-vittma qalu li kienet binthom il-kbira, li tgħix l-Italja li qaltilhom wara li semgħet dwar l-aħbar minn fuq midja.

“Il-Pulizjia ma ġewx qabel l-4pm tat-Tnejn,” qalet omm Paulina. Il-familja lanqas ma ġiet offruta għajnuna psikoloġika.

L-omm kompliet tispjega li l-Pulizija ma tawhom l-ebda informazzjoni oħra u kellhom jistaqsu u jiċċekjaw huma dwar x'ġara eżatt.

Skont l-omm, il-Pulizija Pollaka tathom biss informazzjoni dwar kif jistgħu jġibu l-ġisem ta’ binthom lura l-Polonja.

F’kummenti mal-MaltaTodat, il-Korp tal-Pulizija saħaq li l-ambaxxata Pollakka kienet infurmata minnufih dwar dan il-qtil malli kienet indentifikata l-identità tat-tfajla.

Dwar dan il-qtil, ġie arrestat żagħżugħ ta’ 20 sena, Abner George Aquilina miż-Żejtun. Bħalissa l-interogazzjoni waqqfet wara li ż-żgħażagħ iddaħħal l-isptar Monte Karmeli.

Skont rapporti, il-Pulizija qed tistenna analiżi tat-tobba qabel tieħu passi kriminali kontra ż-żgħażagħ, bl-istess rapporti jisħqu li l-prosekuzzjoni għandha biżżejjed evidenza biex tressaq il-Qorti liż-żagħżugħ.

Aqra wkoll:

More in Kronaka