Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq l-Imdina, f’Birkirkara
Żagħżugħ iddaħħal Mater Dei wara li ttajjar waqt li kien qiegħed isuq mutur.
Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq l-Imdina, f’Birkirkara.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li ż-żagħżugħ li għandu 24 sena, ittajjar minn anzjan ta’ 72 sena li kien qed isuq karozza.
Iż-żagħżugħ ittieħed Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.