L-istudenti full-time li qed jattendu l-aħħar snin tagħhom fl-iskejjel sekondarji, MCAST, 6th Form, Università jew kwalunkwe istituzzjoni akkademika post-sekondarja jew terzjarja jistgħu jgawdu minn servizzi personalizzati permezz tal-pakketti tal-HSBC Malta Yes 4 Students 13+, 16+, 18+.
Benefiċċji jinkludu debit cards internazzjonali mingħajr ħlas, rati ta’ imgħax tajbin fuq self, rati ta’ skambju favorevoli għall-istudenti li qed jistudjaw barra minn Malta jew għall-istudenti barranin li qed jistudjaw Malta, kif ukoll servizzi bankarji mingħajr ħlas fuq il-mowbajl u internet, fost tant benefiċċji oħra.
Din is-sena, HSBC Malta ssieħbet mill-ġdid ma’ SCAN Malta biex toffri rigali li jikkumplimentaw il-pakketti finanzjarji tal-HSBC Yes 4 Students. L-istudenti kollha li jiftħu kont bankarju HSBC Yes 4 Students qabel il-31 ta’ Ottubru jistgħu jagħżlu dak il-ħin stess wieħed minn dawn ir-rigali fosthom 4GB pendrive, Dynamode headphones jew Dicota mini optical mouse. L-istudenti li jagħżlu li jitfgħu l-istipendju tagħhom f’kont Yes 4 Students ikunu eliġibbli wkoll għal għażla addizzjonali ta’ rigali, uħud minnhom kompletament b’xejn, filwaqt li rigali oħrajn qed ikunu offruti bi skont qawwi.
Aktar tagħrif dwar il-pakketti Yes 4 Students jista’ jinkiseb mis-sit www.hsbc.com.mt/yes4, permezz tal-Customer Service fuq in-numru 2380 2380, jew minn kwalunkwe fergħa tal-HSBC f’Malta jew Għawdex.