Il-Gvern dan l-aħħar ħabbar li qed jaħdem biex iniedi l-viżjoni għall-Malta sas-sena 2050; Malta Vision 2050, bil-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u jimpenja ruħu li joħloq futur isbaħ, inklużiv, u aktar sostenibbli.
Fil-proċess tat-tfassil diversi imsieħba qed jiġu mistiedna jpoġġu l-fehmiet tagħhom fuq il-karta mill-bidu nett tat-tfassil tal-viżżjoni.
Il-konferenza Envision 2050 għandha l-għan tlaqqa flimkien in-negozji kbar u żgħar, u dawk li jaħdmu għal rashom, sabiex jikkontribwixxu u jkunu parti mit-tfassil ta’ din il-viżjoni li għandha l-għan li tibda vjaġġ important għall-pajjiżna lejn 2050, filwaqt li jiġi żgurat il-preservazzjoni tal-benesserri tas-soċjeta’, tkun assigurata ekwità, u tinħoloq opportunità għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Il-konferenza ser ssir bejn id-29 u l-31 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, se tiddiskuti l-qafas propost biex jiġu indirizzati l-oqsma ewlenin għas-suċċess tal-futur ta’ Malta.
Il-qafas se jkun qed jiġi diskuss f’Envision2050, permezz tal-organizzazzjoni ta’ erba’ workshops bit-titli; Tkabbir Ekonomiku Sostenibbli, Kwalità tal-Ħajja, Awto-Sostenibbiltà u Użu Intelliġenti tal-Art.
Għal din il-konferenza diġa hemm interess pożittiv minn bosta imsieħba u dan jawgura tajjeb għal din il-konferenza. Dawk interessati huma imħeġġa li japplikaw għal din l-opportunita’ fit-tfassil ta’ futur ta’ pajjiżna.
Ir-reġistrazzjonijiet għal dawn il-workshops għadhom miftuħa u wieħed jista’ jirreġistra billi jżur envision2050.gov.mt