VIP terminal ġdid fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
Investiment ta’ €450,000 li jpoġġi lil Malta fuq quddiem nett fl-industrija tal-avjazzjoni
More in Kummer?jali
Investiment ta’ €450,000 li jpoġġi lil Malta fuq quddiem nett fl-industrija tal-avjazzjoni
Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-VIP terminal il- ġdid fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li issa hu miftuħ ukoll għall- passiġġieri ta’ ajruplani kummerċjali.
Il-VIP terminal jikkumplimenta l-Ministerial Lounge li qabel kien jintuża esklussivament minn uffiċjali tal-Gvern biss.
Dan l-investiment ta’ €450,000 jpoġġi lil Malta fuq quddiem nett fl- industrija tal-avjazzjoni u jsaħħaħ il-prodott kummerċjali tal- avjazzjoni tal-gżira.
Il-VIP Terminal jinsab viċin ferm tal-parkeġġ ewlieni tal-ajruplani u b’hekk jipprovdi aċċess aktar mgħaġġel u fl-anqas distanza bejn il- passiġġier u t-titijira li tkun se titlaq jew se tinżel.
Il-proċeduri normali tal-ivvjaġġjar jistgħu jsiru mill-kumdità tal-VIP Terminal mingħajr il-ħtieġa li jistennew wara l-kju u b’hekk il- passiġġieri jkunu jistgħu jirrilassaw u jgawdu l-privatezza tagħhom.
“Passiġġieri li japprezzaw il-ħin u l-privatezza tagħhom issa għandhom mod ġdid kif jivvjaġġjaw minn Malta u lejn Malta. Dan kien pass importanti għalina, dak li nipprovdu prodott aktar tajjeb lill- klijenti tagħna. Il-kumdità u l-konvenjenza li qed noffru ċertament se tgħin biex tikkonsolida l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li kapaċi jipprovdi servizz ta’ klassi dinjija,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Markus Klaushofer.
Il-VIP Terminal jinkludi l-proċeduri kollha tal-ivvjaġġjar, inklużi l- proċess ta’ sigurtà, iċ-check-in u l-proċess tal-bagalji u l-kontroll tal- passaport. Dawn is-servizzi kollha huma provduti lill-passiġġieri li jistgħu wkoll igawdu mill-kumdità ta’ żona privata, ikel u xorb u faċilitajiet tal-konferenzi.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kontinwament jinvesti fit-titjib tal-prodotti u nefaq €59 miljun minn mindu ġie privatizzat, ammont li jeskludi l-iSkyparks Business Centre.
Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ra żieda ta’ 7.2 fil-mija fl-ammont ta’ passiġġieri fuq is-sena l- oħra u din is-sena laqa’ total ta’ 3.38 miljun passiġġier.
L-iskeda tax-Xitwa se tibda mis-26 ta’ Ottubru. Biex tara l-iskeda tat- titjiriet tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għal din ix-Xitwa żur www.maltairport.com/airlines.
Bħalissa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jaħdem fuq l-iskeda tas-Sajf li se tinkludi linji tal-ajru ġodda bħal Finnair, Swiss u Jet2.com.