L-aġenzija Moody’s semmiet il-fatt li hemm aktar konsum domestiku, l-esportazzjoni tajba li kien hemm is-sena l-oħra u r-riformi tal-gvern fis-settur tal-enerġija u tax-xogħol wassal biex din l-aġenzija tirriafferma l-A3 credit rating.
Il-Ministru tal-finanzi, Edward Scicluna qal li dan ir-rating jikkonferma li fil-qasam fiskali u ekonomiku Malta miexja lejn id-direzzjoni t-tajba. "Is-sentiment ħolistiku tal-pajjiż hu wieħed ottimist u l-politika tagħna pożittiva qed tinħass f'kull livell tas-soċjeta. Anker l-fatt li l-Moody's qed ifaħħru l-konsum domestiku tal-pajjiż jikkonferma li qed nagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja taċ-ċittadin."
"ifisser ukoll li l-miżuri li ħadna fil-baġit tas-sena l-oħra irriżultaw li malta tiġi minn ta' quddiem minn dawk il-pajjiżi Ewropej li kabbru l-ekonomija tagħhom. Issa qed inħarsu lejn il-baġit li ġej ħalli nkomplu nkabbru fuq dawn ir-riżultati."
Il-Ministru laqa' bil-ferħa l-endorsjar pożittiv tad-draft baġit tal-2015 li dan l-aħħar tpoġġa quddiem il-Kummissjoni Ewropeja. Dwar il-baġit ta' din is-sena l-Moody's qalet li dan jidher li hu wieħed realistiku għax hu mibni fuq assunzjonijiet raġjonevoli macroekonomiċi u miżuri aċċettabli mil-lat soċjali.
Il-gvern laqa bil-ferħa li l-Gvern ġie apprezzat għall-isforzi tiegħu biex ineħħi l-ineffiċjenzi fil-qasam tax-xogħol u tas-settur tal-enerġija, billi qed jiffaċilita l-aċċess għax-xogħol speċjalment għan-nisa u żgħażagħ u r0-riforma tant meħtieġa u l-investiment fil-qasam tal-enerġija.
Il-Moody's jirrikonoxxu wkol l-isforzi tal-gvern li jnaqqas il-burokrazija billi jaħtar Kummissarju għas-simplifikar u riduzzjoni tal-Burokrazija, ir-riforma ħolistika fil-ġustizzja u l-aċċess adottat ta' Gvern miftuħ.
Din ir-rikonferma ta' rating ta' A3 hi konformi ma' entitajiet oħra internazzjonali bħal Kummissjoni ewropea, Il-Fond Monetarju Internazzjonali, aġenziji oħra bħal Standard & Poor u Fitch li flimkien jikkonfermaw l-qagħda ekonomika b'saħħitha li tinsab Malta fiha.