L-Air Malta naqset it-telf tagħha bin-nofs u ċ-chairperson Maria Micallef qalet li l-kumpanija tal-ajru qed taspira li żżomm l-istess livell is-sena d-dieħla.
Fl-2012 il-kumpanija naqqset it-telf tagħha għal €40 miljun iżda fl-aħħar tas-sena finanzjarja, dik ta' Marzu 2013, it-telf kien ta' €30 meta il-pjan kien li t-telf ikun ta' €15, filwaqt li dis-sena meta kien maħsub li mhux se jkun hemm telf u lanqas qliegħ, il-kumpanija reġistrat €16.2 miljun.
Il-pjan ta' ristrutturar tal-kumissjoni ewropeja li sewa €230,000 miljun jinsab fir-raba sena u dan ingħġata biex id-deficit tal-Air Malta jiġi kontrollat.
Taħt dan il-mandat mill-Kummissjoni ewropea, l-Air Malta irnexxielha tistabilizza u tnaqqas it-telf mill-operat għal sentejn wara xulxin wara li naqqset nofs il-ħaddiema.
Iżda minħabba l-kompetizzjoni qawwija u mis-sospensjoni tar-rotta tal-Libya - l-aktar rotta li kienet tagħmel profitt għal kumpanija, id-dħul tagħha huyma taħt pressjoni