Ryan Air qed jattribwixxu dan is-suċċess għal fat li gġamlu bidla radikali ta' kif juru x-xbieha tagħhom mal-pubbliku. Kenny Jacobs, il-kap tal-marketing tal-kumpannija qal li din iz-zieda fil-passiġġieri u fil-qliegħ tal-linja tal-ajru waslet minħabba li tejbu l-esperjenza tal-klijenti tagħhom b'website aħjar, billi bdew jagħmlu n-numri tas-seats u anke li ħallew lil passiġġieri jkollhom it-tieni bagalja żgħira li setgħu jtellugħha fuq l-ajruplan u anke 'personal electronic devices' tħallew fuq l-ajruplan.
Iżda l-akbar suċċess kienet li tħallew jittellgħu handbags jew basktijiet extra fuq l-ajruplan u anke li fuq il-website saret aktar faċli biex tibbukkja, barra li saru aktar sikreti meta jbiegħu l-ikel jew inkella servizi anċillari flok l-istorbju li kien isir fil-bidu li bdiet titħaddem ir-Ryan Air.