Il-prezz taż-żejt kompla jorħos hekk kif naqas b’$1.66 biex jilħaq l-orħos prezz f’dawn l-aħħar snin sa mill-2009 ’l hawn. Dan qed isir konsegwenza tal-fatt li bosta pajjiżi esportaturi taż-żejt, fosthom l-Arabja Sawdita ma naqqsux mill-ammont ta’ tħaffir taż-żejt li qed jagħmlu anke jekk l-OPEC (Organizzazzjoni tal-pajjiżi esportaturi taż-żejt), talbithom biex inaqqsu l-produzzjoni.
Dan il-prezz huwa wieħed mill-orħos f’dawn l-aħħar snin, imma minkejja dan, Malta ma tistax tgawdi minn dawn il-prezzijiet minħabba li preżentement hi marbuta bi qbil tal-hedging.
Rusty Braziel, li hu espert fil-qasam tal-enerġija qal, “Iż-żminijiet taż-żejt bi prezzijiet ta’ $100 kull barmil, jinsabu fil-passat, tal-inqas għall-ftit snin li ġejjin.”