Il-BOV iwissi dwar email qarrieqa li titlob validazzjoni tal-BOV SecureKey

Il-Bank jisħaq li huwa qatt ma jitlob infomazzjoni ta’ dan it-tip permezz ta’ email, telefon jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni diġitali

Il-Bank of Valletta jinsab informat li qed tiġi ċċirkolata email li titlob il-klijenti jissinkronizzaw il-BOV SecureKey billi jaċċessaw link provduta.

Għalkemm dawn l-emails jidhru awtentiċi, il-Bank ifakkar lill-klijenti li għandhom dejjem jinjoraw komunikazzjonijiet ta’ din ix-xorta, li tagħti l-impressjoni li hija mibgħuta mill-Bank of Valletta u titlob informazzjoni finanzjarja jew personali bħalma huma il-PIN tal-BOV Cashlink, dettalji tal-kards ta’ kreditu jew debitu, numri tal-kontijiet, user ID tal-BOV Internet Banking jew passcodes iġġenerati permezz tal-BOV SecureKey.

Il-Bank jisħaq li huwa qatt ma jitlob infomazzjoni ta’ dan it-tip mill-klijenti permezz ta’ email, telefon jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni diġitali.

Il-Bank stqarr li għandu sistemi ta’ sigurta robusti u li, permezz tal-BOV SecureKey il-klijenti għandhom aċċess għal mekkaniżmu biex jawtentikaw it-tranżazzjonijiet tagħhom b’mod sigur permess tal-BOV Internet Banking. B’danakollu, il-klijenti għandhom jibqgħu dejjem attenti dwar theddid ta’ dan it-tip u huwa importanti li jżommu ma’ prattiki stabbiliti.

Għal aktar informazzjoni jew f’każ ta’ diffikulta, il-klijenti huma mistiedna jikkuntattjaw il-BOV Customer Service Centre fuq 21312020.

More in Kummer?jali