"Din kollha aħbar tajba - imma għad fadal xi jsir biex lil Malta nieħduha fuq livell ġdid - m'għandnix ikollna limitu għall-ambizzjoni tagħna." Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ filgħaxiija, waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett "Metropolis" - investiment ta €120 miljun fil-Gżira - liema investiment jrid li l-Gżira ssir żona kummerċjali u ta' negozju. Dan il-proġett jinkludi ristoranti u stabbilimenti ta' divertiment oħra, helipad, servizz ta' helicopter, uffiċji ta' lussu, appartamenti u parkeġġ għall-karozzi "Dan joqgħod eżatt mal-viżjoni tagħna għal Malta - dak li nikkonċentraw fuq żoni li għandhom bżonn riġenerazzjoni u nerġgħu ntuhom il-ħajja" - kompla jgħid Muscat.
Muscat rrefera wkoll għall-ekonomija Maltija, fejn qal li l-ekonomija "qed taħdem tajjeb, bi tkabbir impressjonanti u bil-ħolqien ta' xogħol." Dan kollu qed iwassal sabiex Malta saret attraenti għall-investituri barranin - investituri fl-IT, l-kura tas-saħha, is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu, u l-manifattura, kompla jgħid Muscat - hekk kif "Malta qed tattira l-investituri t-tajbin lejn xtutha."
Huwa stmat li dan il-proġett ħa jieħu 4 snin biex jitkompla - u ħa joħloq 400 post tax-xogħol ġdid.