Skont stħarriġ tal-NSO, kien hawn 75,736 turist f'Malta fuq vaganza, waqt li 11,757 oħra għal raġunijiet ta' xogħol fix-xahar ta' Marzu - b'total ta' 101,769 viżitatur f'Malta. Din hija żieda ta' 4.1% meta mqabbel mal-istess xahar fl-2014.
Min-naħa l-oħra kien hemm żieda ta' 7.3% fin-numru ta' turisti li jżuru l-UE kollha - 87,112 persuna aktar meta mqabbel mas-sena ta' qabel. L-akbar proporzjon ta' turisti kien bejn 45 u 64 sena, segwiti b'dawk bejn 25 sa 44 sena.
Kien hemm medja ta' 5.5% żieda fl-iljieli mqattgħin f'Malta, meta mqabbel mas-sena l-oħra hekk kif din is-sena leħqu is-724,223.
Kien hemm żieda wkoll fin-nefqa fejn huwa stmat li ntefqu €78.1 miljun - żieda ta' 6.4% fuq is-sena l-oħra.
Min-naħa l-oħra, bejn Jannar u Marzu kien hawn 250,565 turist li żar Malta - żieda ta' 7.7% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. F'dan l-istess perjodu kien hemm żieda ta' 5.58% fin-numru ta' ljieli mqattgħin f'Malta - b'total ta' 1.9 miljun lejl.
In-nefqa fuq it-turiżmu fl-ewwel kwart tas-sena kien stmat għal €192.1 miljun, 8.9% ogħla minn l-istess perjodu tas-sena l-oħra. In-nefqa per capita kienet ta' €767, żieda ta' 1.2% meta mqabbel mal-2014.