Atlas Insurance PCC Ltd fetħet il-bibien tagħha anki l-Mosta, id-disa’ fergħa tal-kumpanija. Il-fergħa l-ġdida tinsab fiċ-ċentru tal-Mosta, fi Triq il-Kostituzzjoni, u se tkun qed toffri s-servizzi kollha ta’ assikurazzjoni personali – għall-vetturi, dgħajjes, safar u anki għall-annimali domestiċi.
Permezz ta’ din il-fergħa l-ġdida, Atlas qed tkabbar in-network tagħħa għal disgħa fergħat, li jinsabu Ħal Qormi, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar, Raħal Ġdid, San Gwann, SkyParks, Bormla u issa anki l-Mosta,” qal Keith Tanti, manager tal-Fergħat u Intermedjarji. Il-klijenti jistgħu jagħmlu wkoll użu mill-uffiċċju prinċipali f’Ta’ Xbiex.
L-uffiċċju ġewwa l-Mosta se jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.15am san-1.00pm, u mit-3.30pm sas-6.30pm. Nhar ta’ Sibt l-uffiċċji se jkunu miftuħ mit-8.15am sas-1.00pm.