Il-Kumpanija GO tlesti l-proġett ta' 4G madwar il-pajjiż kollu

 Dan in-netwerk kapaċi jwassal veloċità ta’ internet tal-mowbajl mingħajr paragun

ħaddiema tal-kumpanija GO f'ħidma f'proħett ta' 4G li issa ġie fi tmiemu
ħaddiema tal-kumpanija GO f'ħidma f'proħett ta' 4G li issa ġie fi tmiemu

GO għadha kemm lestiet il-proġett nazzjonali tagħha tal-fibre connected 4G network. Dan in-netwerk kapaċi jwassal veloċità ta’ internet tal-mowbajl mingħajr paragun.  Bħala l-uniku netwerk 4G  li hu fibre-connected, dan għandu minimum latency, reziljenza aħjar u kapaċita’ għal tkabbir skont ma titlob id-domanda fil-futur. 

It-tlestija tan-netwerk il-ġdid fetħet ukoll firxa ta’ opportunitajiet interessanti għall-klijenti ta’ GO. Das-sajf, il-klijenti ta’ GO Interactive TV jistgħu jgawdu l-avvenimenti sportivi u kontenut ieħor ta’ GO TV fuq l-ismartphones u tablets tagħhom permezz tas-servizz TV Anywhere fuq in-netwerk 4G mingħajr ma jikkunsmaw mid-data allowance tal-mowbajl tagħhom. 

Fl-istess waqt, GO aġġornat ukoll il-pakketti tagħha tal-Limitless. Dawn issa kollha jipprovdu bejn 1GB u 7GB dejta fuq 4G. Minbarra telefonati u SMSs, il-pakketti Limitless One+, Limitless Two+ u Limitless Three+ u l-ekwivalenti tagħhom għan-negozju, issa jinkludu roaming fl-UE fuq it-telefonati u SMSs, kif ukoll allokazzjoni ta’ 1GB għal data roaming fl-UE. 

Kurt Camilleri, il-Kap Kummerċjali ta’ GO qal, “L-akbar vantaġġ tan-netwerk 4G ta’ GO mhuwiex biss il-veloċità imma wkoll ir-reżiljenza tiegħu. L-infrastruttura ta’ 4G u x-xogħol li għaddej bħalissa fuq il-Fibre-To-The-Home flimkien mal-kontenut esklussiv li GO toffri, tfisser li GO qed tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala fornitur ewlieni ta’ komunikazzjoni u divertiment f’Malta.”

 

More in Kummer?jali