HSBC tieħu sehem fi Freshers’ Week tal-Università

Il-Bank HSBC Malta qed ikun preżenti waqt il-Freshers’ Week tal-Università, li l-ikbar attività ta’ orjentazzjoni għall-istudenti f’Malta. Din is-sena il-Bank ser ikun jistieden lill-istudenti biex iżuru l-istand tagħhom u jieħdu sehem fil-Claw Machine Challenge. B’hekk l-istudenti jidħlu fiċ-ċans li jirbħu għadd ta’ premjijiet minn SCAN Malta.

Il-parteċipazzjoni ta’ HSBC għall-edizzjoni tal-2016 tkompli wara t-tiġdid tal-isponsorship li l-Bank għamel mal-organizzaturi, il-Kunsill tal-Istudenti Universitarji (KSU), għal tliet snin oħra. Il-Bank qed ikompli joffri kreditu ta’ darba ta’ €50 bħala rigal lill-istudenti li jiftħu kont bankarju Yes 4 Students sal-31 t’Ottubru.

Aktar tagħrif mis-sit www.hsbc.com.mt/YES2016 jew facebook.com/HSBCMalta.

More in Kummer?jali