Impjegati ta’ Nectar taw sehemhom biex Ġnien l-Għarusa tal-Mosta fiz-zona ta’ Santa Margerita, il-Mosta, jitnaddaf u jerġa' jkun f’kundizzjoni xierqa biex jitgawda mill-komunità. Ippreparati b’boroż ħodor u bio-degradable, ingwanti, pali u għodda oħra, il-membri tal-istaff ġabru l-iskart f’boroż u f’kontenituri tal-iskart.
“Bħala kumpanija li topera fis-settur tal-ikel u xorb, aħna konxji tal-obbligi tagħna lejn l-ambjent kif ukoll lejn il-komunita’. Nhar Sibt minnhom dan l-aħħar, membri tal-istaff qattgħu diversi siegħat inaddfu dan il-ġnien sabiħ li jagħti fuq waħda mill-isbaħ veduti ta’ Malta. Il-kumpanija Nectar tinkuraġġixxi inizzjattivi bħal din. Fil-fatt, il-programm ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) din is-sena inkluda wkoll xogħol ta’ manutenzjoni fl-uffiċċji ta’ NGO fil-Ħamrun,” qal il-Maniġer Ġenerali ta’ Nectar Andrea Agius.